Manchester United kienu s-suġġett ta’ dibattitu intens matul dawn l-aħħar tlett ijiem minn meta Sheikh Jassim bin Hamad Al Thani u mbagħad Ineos ressqu biex jikkonfermaw l-interess tagħhom li jixtru l-club ta’ Old Trafford.
Somom ta’ £4.5 biljuni ssemmew bħala prezz potenzjali tal-bejgħ.
Mhux magħruf jekk ippreżentawx offerenti oħra, għalkemm kien mistenni interess mill-Istati Uniti u potenzjalment mill-Arabja Sawdija.
Madankollu, huwa maħsub li Elliott Investment Management ibbażat fl-Istati Uniti qed joffri li jgħaqqad pakkett ta’ investiment li jippermetti lill-familja Glazer iżżomm xi tip ta’ interess fil-United, il-club li huma proprjetarji tiegħu minn meta għadda ftehim ta’ £790 miljun fl-2005.
F’Novembru l-United ħabbru li kienu qed “jikkunsidraw l-alternattivi strateġiċi kollha” biex “issaħħu l-club” li kien jinkludi investiment ġdid – mhux biss bejgħ dirett.
Huwa mistenni li jkun hemm aktar diskussjonijiet bejn il-Grupp Raine, li qed jittratta l-espressjonijiet ta’ interess, u l-familja Glazer dwar il-passi li jmiss.
Sadanittant, dawk li jkunu għamlu offerti se jingħataw aċċess għad-‘data room’ tal-United, li żżomm l-informazzjoni finanzjarja kollha tagħhom, inklużi dettalji dwar kuntratti u ftehimiet ta’ sponsorships.
Din l-informazzjoni vitali hija protetta, b’kull min jidħol ikollu jiffirma ftehimiet li jwiegħed li jew jiddisponi minnha mmedjatament jekk ma jipproċedix bl-offerta, jew li ma jużahx b’mod li jista’ jagħmel ħsara lil United.
Il-Grupp Raine kien ittama li jikkonkludi l-proċess kollu sal-aħħar ta’ Marzu, u BBC Sport qabel kien qal li ma kienx hemm dubju li se jsir sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-istaġun.