Il-familja ta’ raġel Ingliż li kien irrappurtat illi nħataf mill-forzi Russi, qed jittamaw li s-sitwazzjoni tal-qarib tagħhom ma ddumx ma ssolvi ruħha.
Shaun Pinner, raġel ta’ 48 sena li jifforma parti mill-armata Ukrena, jinsab maħtuf. Ir-reat seħħ waqt li kien qed jagħti sehmu fost is-suldati Ukreni fil-gwerro kontra r-Russja.
Il-familja ta’ Pinner iddeskrivew lil Shaun bħala suldat rispettat minn bosta u li erba’ snin ilu mar jgħix l-Ukrajna sabiex ikun jista’ jaqsam l-esperjenza u t-taħriġ militari tiegħu mal-militar Ukren.