Tuesday, December 24, 2024

“Il-familja tagħna se tkompli tikber”

Omm Diego tħabbar li qegħdin jistennew tarbija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Għandi pjaċir ngħidilkom li l-familja tagħna se tkun qiegħda tikber. Għalija hija ħolma li se ssir realtà li nkun nista’ nkabbar fija ħajja oħra u m’hemmx kliem biex niddeskrivu kemm aħna kuntenti jiena u David”. Iddikjarat dan Sephora, omm Diego – li huwa tifel li jbati bl-awtiżmu u li fl-aħħar snin irnexxielha toħloq kuxjenza kbira dwar din il-kundizzjoni u l-isfidi li ġġib magħha bħala omm.

Dan il-vjaġġ tagħha jinsab aċċessibbli għas-segwaċi tagħhom fuq il-paġna ‘Diego and I’ li llum qabżet is-17,000 persuna li jsegwu l-filmati tagħhom. Il-ħsieb ta’ Sephora huwa li toħloq kuxjenza dwar kemm tkompli tagħmilha diffiċli l-imġiba ta’ xi wħud li ma jifhmux li la t-tfal u lanqas il-ġenituri m’għandhom kontroll fuq ċertu mġiba ta’ persuni li jbatu minn din il-kundizzjoni.

Fl-istess waqt għaliha, bħall-bqija tal-ġenituri l-oħra, binha huwa l-imħabba ta’ ħajjitha u mhux ta’ b’xejn is-segwaċi li jsegwu dan il-vjaġġ baqgħu jiżdiedu minn żmien għal żmien. 

It-tim kollu ta’ talk.mt jifraħ lil din il-familja għal din l-aħbar sabiħa.

Ekonomija

Sport