Friday, September 20, 2024

“Il-familja tiġi l-ewwel u qabel kollox… kif xieraq Ronaldo talab għall-privatezza”

Aqra wkoll

“Il-familja tiġi l-ewwel u qabel kollox u bħalissa Ronaldo jinsab jagħti s-sapport tiegħu lil dawk l-aktar għeżież għalih f’dan il-mument diffiċli”. Iddikjara dan il-klabb ta’ Manchester United hekk kif aktar kmieni ħabbar li l-istilla Portugiża ma kienx se jivvjaġġa mal-bqija tat-tim lejn Anfield għall-partita kontra Liverpool. Il-klabb żied jgħid li l-familja talbet għall-privatezza f’dan iż-żmien diffiċli.

Segwa din l-istqarrija messaġġ li nxtered aktar tard fuq il-profil uffiċjali ta’ Liverpool fuq Twitter fejn intqal li t-tim kollu f’Liverpool qiegħed jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lil Ronaldo, Georgina u l-bqija tal-familja.

Fl-aħħar sigħat Ronaldo tkellem dwar l-akbar weġgħa li ġenitur jista’ jħoss hekk kif fi stqarrija kkonferma dwar il-mewt ta’ ibnu tewmi ma’ tarbija li twieldet qawwija u sħiħa.

Intant fost il-ħafna messaġġi ta’ kuraġġ li ntbatu lill-familja, partitarji ta’ Liverpool qed jippjanaw li fis-seba’ minuta tal-logħba jingħaqdu f’ċapċipa waħda biex isellmu liċ-ċkejken li ma rnexxilux isalva.

Sport