Sunday, December 22, 2024

“Il-faqar u d-disperazzjoni wasslu għat-traġedja ta’ Texas”

Il-President Messikan Andres Manuel Lopez Obrador

Aqra wkoll

Il-faqar u d-disperazzjoni wasslu għall-mewt ta’ mill-inqas 50 immigrant li nsabu ġewwa trakk abbanunat f’Texas l-Istati Uniti. Hekk saħaq il-President Messikan Andres Manuel Lopez Obrador, filwaqt li tefa’ l-ħtija fuq it-traffikanti tan-nies u n-nuqqas ta’ kontroll fil-fruntieri. Dan kien l-agħar każ ta’ mwiet ta’ immigranti ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerika. Fost l-immigranti mejtin kien hemm għexieren ta’ Missikani, u oħrajn ġejjin mill-Gwatemala u l-Honduras. Dawk il-persuni li baqgħu ħajjin, li fosthom hemm erbat itfal, qegħdin jingħataw il-kura fl-isptar. 

Meta kien qiegħed jitkellem mal-midja, il-President Obrador qal li din hija traġedja immensa u saħaq li qiegħed isir dak kollu possibbli biex il-katavri jiġu ripatrijati lura lejn il-Messiku. Huwa tenna li din it-traġedja, u traġedji oħrajn simili, qed iseħħu minħabba “il-fqar u d-disperazzjoni fost ħutna fl-Amerika Ċentri u anke fil-Messiku”. Obrador tenna li, “dan iseħħ minħabba t-traffikanti tal-persuni u n-nuqqas ta’ kontroll – f’dan il-każ fil-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku – kif ukoll kawża ta’ nuqqasijiet fi ħdan l-uffiċċju tal-intern tal-Istati Uniti.”

Il-White House qalet li din it-traġedja hija waħda “orribbli u ta’ qsim il-qalb”. L-immigranti nstabu fil-fruntiera tal-belt ta’ San Antonio bejn wieħed u ieħor 250 kilometru bogħod mill-fruntiera mal-Messiku. Din hija rotta magħrufa sew fost it-traffikanti tal-persuni.

It-traffikanti tal-persuni ħafna drabu jużaw trakkijiet biex iġorru immiganti mhux dokumentati u jeħduhom lejn żoni remoti tal-Istati Uniti. 

Is-Segretarju tal-Homeland Security tal-Istati Uniti Alejandro Mayorkas – li d-diptartiment tiegħu qiegħed jieħdu ħsieb l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-kża – qal li, “it-traffikanti umani huma individwi krudili li m’għandhom l-ebda rispett lejn persuni vulnerabbli u lesti li jisfruttaw u jirriskjaw il-ħajjiet biex jagħmlu profitt.”

Ekonomija

Sport