Matul il-perijodu bejn Lulju u Settembru ta’ din is-sena, il-fatturat industrijali aġġustat għall-effetti tal-istaġun żdied bi 3.4 fil-mija fuq it-tliet xhur taʼ qabel. Meta mqabbel mal-istess żmien tal-2022, il-fatturat industrijali aġġustat bil-jiem tax-xogħol żdied bʼ7.5 fil-mija.
L-ogħla żieda kienet irreġistrata fl-Oġġetti kapitali b’14.7 fil-mija. Warajha, kien hemm iż-żidiet fl-Oġġetti intermedji, 5.4 fil-mija, fl-enerġija 1.3 fil-mija u fl-Oġġetti tal-konsum 0.8 fil-mija
Fl-oqsma industrijali, l-għadd taʼ impjiegi żdied bʼ0.5 fil-mija. Matul dan il-perjodu, filwaqt li s-sigħat maħduma naqsu bʼ0.5 fil-mija.
Żidiet oħra kienu rreġistrati fl-oġġetti tal-konsum bi 12.1 fil-mija, fl-oġġetti kapitali b’10.2 fil-mija u fl-oġġetti intermedji b’6.9 fil-mija. Sadattant, kien irreġistrat tnaqqis taʼ 3.4 fil-mija fl-enerġija.
Sena għal sena, kienet irreġistrata żieda taʼ 2.4 fil-mija fl-għadd taʼ impjiegi industrijali li ma kienx aġġustat għall-effetti tal-istaġun. In-numru taʼ sigħat maħduma fl-industrija u l-pagi u s-salarji gross, aġġustati bil-jiem tax-xogħol, żdiedu bʼ0.6 fil-mija u bi 8.9 fil-mija, rispettivament