Monday, October 14, 2024

Il-favorit Galeo Du Portugal ma jfallix fil-finali Copper

Kenneth Vella

Aqra wkoll

F’idejn Kirsten Axisa, Galeo Du Portugal rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali tat-Tazza San Franġisk għal żwiemel tal-klassi Copper fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din il-finali għamlet parti mit-22 laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet kollha tat-trott. 

Tnax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Copper. Good Buz (Kerstin Galea) kien l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Floyd Du Guibel (Paul Galea) u Gamine d’Hawai (Rodney Gatt). Il-finali ħadet svolta oħra fid-dritta finali tagħha meta beda jattakka fuq in-naħħa ta’ barra l-favorit Galeo Du Portugal (Kirsten Axisa). Dan irnexxilu bi ftit jaqsam il-linja finali l-ewwel minn Friend (Nelson Azzopardi) u Floyd Du Guibel. Atoll Du Sud Ouest (Jason Vassallo) temm warajhom f’dik l-ordni.  

Fi tmiem il-finali, Fr Mario Attard, il-moħħ wara dan il-kampjonat ippreżenta t-Tazza u x-shield lil Kirsten Axisa s-sid u s-sewwieq taż-żiemel rebbieħ.  Għal Galeo Du Portugal din kienet it-tielet rebħa nfila u l-ħames tal-istaġun. 

Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza maratona ta’ 3140m. Noel Baldacchino poġġa lil Bambino Des Flots quddiem f’nofs id-distanza biex akkwista l-ewwel rebħa staġjonali faċilment b’tul minn Ellington Dream (Charles Camilleri) u Dzarof De Guez (Claudio Refalo). Damour Jiel (Cliferty Calleja) temm fir-raba’ pożizzjoni. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Haxo Des Ajoncs (J. Axisa) Ħin – 4.05.9” (1.18.3”) 2. Fakir Piya (N. Baldacchino) 3. Elvis Des Pignes (A. Cassar) 4. General De L’Isac (P. Galea) 

Khali Magdalon tirbaħ it-tieni tiġrija

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Khali Magdalon (M. Ellul) Ħin – 4.05.2” (1.18.1”) 2. Evender Maybe (R. Gatt) 3. Extreme Erca (A. Magro) 4. Vasterbo Brazilia (K. Caruana) 

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Derby Chevaleraie (C. Camilleri) Ħin – 4.00.5” (1.16.6”) 2. Daldry De L’Ante (M. Debono) 3. Concerto Star (R. Gatt) 4. Cobby’s Celeb (K. Azzopardi) 

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Defi Nay (R. Gatt) Ħin – 4.00.3” (1.16.5”) 2. Enge Lincoln (I. Bilocca) 3. Cekito De Jupilles (N. Baldacchino) 4. Cadol De La Noemie (K. Saliba) 

Hippolyte Des Bois jirbaħ il-ħames tiġrija

V Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Hippolyte Des Bois (P. Galea) Ħin – 4.05.7” (1.18.1”) 2. Havana De Payre (S. Schembri) 3. Gringo Marancourt (K. Axisa) 4.  Eclipse De Morgane (M. Debono) 

VI Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Indigo d’Occagnes (J. Zahra) Ħin – 4.08.7” (1.19.2”) 2. Golden Noa (J. Buttigieg) 3. Fee Europa (T. Demanuele) 4. Hative De Ronsard (D. Cortis) 

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Bambino Des Flots (N. Baldacchino) Ħin – 3.59.3” (1.16.2”) 2. Ellington Dream (C. Camilleri) 3. Dzarof De Guez (C. Refalo) 4. Damour Jiel (C. Calleja) 

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Elorn (C. Camilleri) Ħin – 4.02.3” (1.17.2”) 2. New Moon Pellini (R. Gatt) 3. Colorado Telbe (C. Vassallo) 4. Mind Your Face (D. Grima) 

IX Tiġrija. Finali Tazza San Franġisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Galeo Du Portugal (K. Axisa) Ħin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Friend (N. Azzopardi) 3. Floyd Du Guibel (P. Galea) 4. Atoll Du Sud Ouest (J. Vassallo) 

X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Estoc Nogentais (R. Magro) Ħin – 4.04.8” (1.18”) 2. Hendy d’Auberville (R. Gatt) 3. Dauphin Hibe (C. Camilleri) 4. Crack De Bas (Cherise Farrugia)

Sport