Liz Truss wiegħdet li jekk tingħata l-fiduċja biex tinħatar Prim Ministru, fi żmien ġimgħa se tkun qed tħabbar pjan biex tittratta l-kontijiet tal-enerġija li baqgħu jogħlew.
Skont l-istħarriġ, Truss hija l-favorita li nhar it-Tlieta li ġej tingħata l-kariga u jekk dan iseħħ, hija mistennija taġixxi immedjatament biex tgħin fil-kontijiet. Madanakollu, Truss ma offriet l-ebda dettalji dwar kif tista’ tagħmel dan, u qalet li l-ewwel se jkollha bżonn iż-żmien fil-kariga sabiex tiffinalizza proposti eżatti. Ir-rivali tagħha Rishi Sunak qal li se jimmira aktar ħlasijiet lejn l-ifqar. Wieħed miż-żewġ kandidati se jitħabbar bħala l-mexxej fis-sigħat li ġejjin u se jieħu post Boris Johnson l-għada t-Tlieta.
It-tnejn li huma ġew taħt pressjoni biex jispjegaw kif se jipproteġu lill-familji b’kontijiet li qed jogħlew, kif ukoll jagħtu għajnuna lin-negozji, li mhumiex koperti mil-limitu tal-prezz domestiku.