Il-Federazzjoni Maltija tal-Ġinnastika kienet onorata li ospitat il-25 Laqgħa tal-Kunsill tal-Fédération Internationale de Gymnastique (FIG), l-awtorità regolatorja għall-Ġinnastika madwar id-dinja rikonoxxuta mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (IOC). Aktar minn 40 delegat minn ħames kontiinenti u uffiċjali tal-FIG kienu f’Malta bejn il-5 u l-11 ta’ Mejju 2025. Il-Laqgħa tal-Kunsill kienet ippreċeduta minn laqgħat tal-Kumitat Eżekuttiv tal-FIG.
Il-President tal-FIG, is-Sur Morinari Watanabe, fetaħ uffiċjalment il-25 laqgħa tal-Kunsill billi indirrizza l-membri tal-Kunsill preżenti. Il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti, is-Sur Julian Pace Bonello, u l-President tal-Federazzjoni Maltija tal-Ġinnastika, is-Sur Robert Magro, wkoll indirrizaw il-Kunsill.
Matul l-indirizz tiegħu, is-Sur Magro rringrazzja lill-FIG ta’ l-opportunità li jsir dan l-avveniment importanti f’Malta, u jispera li dan jkun l-ewwel minn ħafna avvenimenti oħra li l-Federazzjoni se tkun inkarigata li tospita f’Malta. Is-Sur Magro osserva li grazzi ghal kollaborazzjoni kontinwa ikun hemm lok ghal opportunitajiet ta’ qsim ta’ esperjenzi, riżorsi, u għarfien.
Il-Laqgħa tal-Kunsill hija avveniment importanti fil-kalendarju tal-FIG u l-opportunità li torganizza dan l-avveniment f’Malta kien pass importanti għall-Federazzjoni Maltija tal-Ginnastika. Avvenimenti bħal dawn jifformaw it-triq lejn aktar kollaborazzjoni mal-komunità internazzjonali tal-gimnastika filwaqt li jpoggu lil Malta fuq il-mappa globali.
Il-Federazzjoni Maltija tal-Gimnastika tixtieq tirringrazzja lil VisitMalta u SportMalta għall-assistenza finanzjarja tagħhom taħt l-iskema tal-Turiżmu Sportiv.