Saturday, December 21, 2024

Il-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon tospita l-kampjonati tal-Mediterran u tal-Europe Junior Cup

Aqra wkoll

Nhar il-Ħadd li għadda l-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon organizzat u ospitat għall-ewwel darba l-Kampjonati Mediterranji tat-Triathlon tal-Ewropa u l-Europe Triathlon Junior Cup.

Il-kompetizzjoni rnexxielha tattira fost l-aqwa atleti internazzjonali minn varjetà ta’ nazzjonijiet Ewropej u Mediterranji, flimkien ma’ oħrajn mill-Awstralja u New Zealand.

Atleti elite rġiel u nisa ikkompetew kontra xulxin fil-Kampjonati tal-Mediterran tat-Triathlon tal-Ewropa f’żewġ finali separati f’kundizzjonijiet ta’ riħ u sħana.

Joris Bassle mill-Belġju qasam il-linja finali l-ewwel f’52:40 minuta, segwit minn Jose Ignacio Galvez Ponce minn Spanja u Lucas Jouin minn Franza b’ħin irreġistrat ta’ 52:45 u 52:48 rispettivament.

Fl-avveniment femminili, il-podju kien iddominat minn atleti Spanjoli. Noelia Juan u Maria Teresa Jimenez Orta Guerrero qasmu l-ewwel u t-tielet post, b’Madalena Amaral Almeida mill-Portugall tikseb it-tieni post.

Atleti Maltin li pparteċipaw fil-Kampjonati kwllhom prestazzjonijiet pozittivi. Kai Azzopardi, wara li s-Sibt ikkompeta fit-Tazza Ewropea tal-Juniors, ha sehem ukoll il-Ħadd fil-Kampjonat tal-Mediterran, fejn kiseb l-ewwel post fost il-Maltin u spiċċa fil-15-il post overall b’ħin ta’ 56:32. Huwa rebaħ ukoll id-deheb fil-Kampjonat tal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon tal-2024, segwit minn Keith Galea u Steve Ritchie. Danica Bonello Spiteri kienet l-ewwel mara Maltija li spiċċat it-tellieqa, u iklassifikat fl-10 post. Permezz ta’ din il-pozizzjoni hija rebħet il-Kampjonat tal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon 2024 tan-Nisa. Keira Attard spiccat it-tieni fil-Kampjonat u l-11-il post ġenerali.

L-avveniment internazzjonali ta’ tmiem il-ġimgħa spiċċa bl-Europe Triathlon Junior Cup Salini Mixed Junior Relay. 12-il tim differenti magħmulin minn 2 atleti junior irġiel u 2 nisa impenjaw ruhhom f’tellieqa divertenti u kompetittiva, li rat lil Team ta’ Spanja jirbaħ quddiem it-Team tal-Awstralja bi 3 sekondi biss. It-tim tal-Estonja spiċċa t-tielet.

Il-Federazzjoni tixtieq tirringrazzja lill-voluntiera kollha li għenu fi rwoli differenti matul l-avveniment kollu, lill-uffiċjali tat-tiġrijiet li stabbilixxew u ggarantew il-kriterji professjonali meħtieġa għall-Kampjonati, u lill-isponsors li għenu u għamluha possibbli li tiġi ospitata kompetizzjoni daqshekk kbira.

Ir-riżultati uffiċjali tal-kompetizzjonijiet tal-Ħadd huma elenkati hawn taħt:

Mediterranean Championships Salini Irgiel

  1. Joris Bassle from Belgium 00:52:40 (Swim 750m: 00:08:01, T1: 00:00:18, Bike 19.80km: 00:28:11, T2: 00:00:24, Run 5km: 00:15:46),
  2. Jose Ignacio Galvez Ponce from Spain 00:52:45 (Swim 750m: 00:08:14, T1: 00:00:17, Bike 19.80km: 00:27:56, T2: 00:00:20, Run 5km: 00:15:58)
  3. Lucas Jouin from France 00:52:48 (Swim 750m: 00:07:48, T1: 00:00:31, Bike 19.80km: 00:28:10, T2: 00:00:20, Run 5km: 00:15:59),

Mediterranean Championships Salini Nisa

  1. Noelia Juan from Spain 00:58:44 (Swim 750m: 00:08:59, T1: 00:00:19, Bike 19.80km: 00:31:30, T2: 00:00:23, Run 5km: 00:17:33),
  2. Madalena Amaral Almeida from Portugal 00:58:44 (Swim 750m: 00:09:00, T1: 00:00:19, Bike 19.80km: 00:31:32, T2: 00:00:24, Run 5km: 00:17:29),
  3. Maria Teresa Jimenez Orta Guerrero from Spain 00:58:51 (Swim 750m: 00:08:57, T1: 00:00:21, Bike 19.80km: 00:31:35, T2: 00:00:27, Run 5km: 00:17:31),

Malta Triathlon Federation Championships Irgiel

  1. Kai Azzopardi 00:56:32 (Swim 750m: 00:08:44, T1: 00:00:21, Bike 29.80km: 00:29:49, T2: 00:00:21, Run 5km: 00:17:17),
  2. Keith Galea 01:01:59 (Swim 750m: 00:10:19, T1: 00:00:24, Bike 19.80km: 00:32:01, T2: 00:00:24, Run 5km: 00:18:51)
  3. Steve Ritchie 01:02:08 (Swim 750m: 00:10:51, T1: 00:00:35, Bike 19.80km: 00:31:26, T2: 00:00:34, Run 5km: 00:18:42),

Malta Triathlon Federation Championships Nisa  

  1. Danica Bonello Spiteri 01:07:02 (Swim 750m: 00:09:54, T1: 00:00:32, Bike 29.80km: 00:33:51, T2: 00:00:29, Run 5km: 00:22:16),
  2. Keira Attard 01:13:54 (Swim 750m: 00:10:55, T1: 00:00:26, Bike 19.80km: 00:39:01, T2: 00:00:28, Run 5km: 00:23:04)

2024 Europe Triathlon Junior Cup Salini Mixed Junior Relay

  1. Team Spain : 1:40:58
  2. Team Australia : 1:41:02
  3. Team Estonia: 1:41: 35
Ekonomija

Sport