Tuesday, September 24, 2024

Il-Federazzjoni Nazzjonali tal-Klieb tifrex il-ħidma tagħha barra minn xtutna

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni Maltija li tħaddan fiha organizzazzjonijiet li l-interess tagħhom huwa t-trobbija, tnissil jew esebizzjoni tal-klieb, Il-Federazzjoni Nazzjonali tal-Klieb, qed tifrex il-ħidmiet tagħha ‘l bogħod minn xtutna wkoll, permezz ta’ koperazzjoni ma’ Għqda ewlenija ġewwa l-Polonja, KC (Kennel Club), billi qiegħda toffri ġurija Maltija għall-wirjiet imtella’ minn din l-Għaqda madwar il-Polonja.

Ic-Chairman tal-Federazzjoni, Frank Borg, li huwa ‘judge’ approvat f’livell ogħli mill-akbar Kennel Club tad-Dinja, dak tar-Renju Unit, bi snin twal ta’ esperjenza fil-judging tal-klieb fl-Ingilterra, ivvjaġġa kemm-il darba lejn il-Polonja matul dawn l-aħħar 3 snin fejn minbarra li ġġudika l-klieb f’ħafna wirjiet, offra wkoll taħriġ b’permezz ta’ seminars fuq l-organizzazzjoni tal-wirjiet, u taħriġ għall-istewards tagħhom kif ukoll fuq introduzzjoni ta’ sistemi ġodda u aktar effiċjenti għall-wirjiet tagħhom.

Il-Malta Canine Society, li hija Għaqda affiljata mal-Federazzjoni, qed tgħin ukoll f’din il-kollaborazzjoni permezz tal-President ta’ l-Għaqda, Frankie Borg, u t-Teżorier, Edwin Micallef, kif ukoll xi membri ohra tal-Għaqda li wkoll qed joffru s-servizzi tagħhom bħala gurija f’wirjiet imtella mill-KC, li huma mmirati principalment sabiex jigdbu lejn li sport tal-wirjiet tal-klieb membri godda mill-madwar il-pajjiż kollu. 

Din ma kinitx l-ewwel darba li l-Federazzjoni Maltija għenet sabiex membri Maltin jitilgħu jiġġudikaw klieb f’wirjiet barra minn Malta, prinċipalment fir-Renju Unit, fejn isiru l-akbar wirjiet tal-klieb fuq bażi regolari. Dan jgħin ħafna wkoll sabiex dawn il-membri jkattru l-esperjenza tagħhom f’dan il-qasam.

Sport