Il-Federazzjoni tat-Triathlon ta’ Malta dan l-aħħar ħatret lil Dr. Michelle Vella Wood bħala Team Manager għall-Iskwadra tal-Youth Development.
F’dan ir-rwol, Dr. Vella Wood se tissorvelja l-loġistika u l-iżvilupp fit-tul tal-iskwadra taż-żgħażagħ, billi taħdem mill-qrib mad-Direttur Tekniku u l-kowċis tal-atleti. Se tikkollabora wkoll id f’id mal-Kumitat Olimpiku Malti u l-Federazzjoni tat-Triathlon ta’ Malta. L-għan ewlieni ta’ dan ir-rwol huwa li jinħoloq l-aħjar ambjent possibbli għat-triatleti żgħażagħ biex jirnexxu u jilħqu l-massimu tal-potenzjal tagħhom.
Dr. Michelle Vella Wood għandha PhD fit-tendon biomechanical properties, master’s degree fil-business administration, master’s degree fl-Intraprenditorija, u baċellerat fil-chemistry u l-bijoloġija. Hija kowċ tat-triathlon iċċertifikata Livell 2 mill-World Triathlon u kowċ taċ-ċikliżmu Livell 3 mill-World Cycling Centre, b’konformità sħiħa fis-salvagwardja, l-anti-doping, il-kunfidenza fil-ġisem, u l-prevenzjoni tal-manipulazzjoni tal-kompetizzjoni CPD.
Michelle hija wkoll eks Champion Nazzjonali Maltija tat-Triathlon u triatleta ta’ suċċess, b’diversi finituri importanti fuq il-podju u kisbiet notevoli kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak internazzjonali.
Dr Vella Wood se tiggwida lill-Iskwadra tal-youth Development f’din il-fażi kruċjali tal-vjaġġ atletiku tagħhom, u twassalhom lejn kompetizzjonijiet internazzjonali li ġejjin, li jilħqu l-qofol tagħhom fil-Logħob tal-Commonwealth taż-Żgħażagħ li se jiġu ospitati f’Malta fl-2027.




