Wara ġimgħat ta’ xogħol intensiv, il-fergħat tal-Bank of Valletta f’Bugibba u Ħal Luqa fetħu mill-ġdid il-bibien tagħhom għall-klijenti, issa b’ambjent modern u aġġornat biex joffri lill-klijenti esperjenza bankarja superjuri. Dawn ir-rinnovazzjonijiet jenfasizzaw id-dedikazzjoni tal-Bank li jtejjeb kontinwament il-faċilitajiet tiegħu biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-klijenti li kulma jmur dejjem jevolvu.
Sadanittant, il- fergħa tal-Bank fir-raħal taʼ Ħaż-Żebbug għalqet b’mod temporanju wara inċident żgħir fil-binja. Bħalissa qed isiru pjanijiet għal rinnovazzjoni li se twassal biex din il-fergħa tiġi modernizza u tkun tista’ tipprovdi lill- klijenti standard għoli taʼ servizzi f’din il-lokalità.
Dehra ġdida għall-fergħat ta’ Ħal-Luqa u Buġibba
Il-fergħat tal-Bank f’Ħal Luqa u Buġibba li għadhom kif ġew rinovati, issa għandhom disinn kontemporanju, inkluż skema ta’ kuluri ġdida, konformi mal-aħħar standards li qed jintużaw fil-fergħat li diġà għaddew mill-eżerċizzju ta’ rinnovar.
Bil-għan li l-klijenti jinqdew bl-aħjar mod, iż-żewġ fergħat issa jinkludu żoni ddedikati għall-privatezza, li jipprovdu ambjent komdu u sigur għal diskussjonijiet kunfidenzjali. Dawn l-ispazji jirriflettu l-impenn tal-Bank li jiżgura l-ogħla livelli ta’ diskrezzjoni u kura tal-klijent. Fil-fergħa ta’ Buġibba, ġiet introdotta wkoll sistema ġdida biex torganizza s-servizz meta jkun hemm kju. Din is-sistema ġiet imfassla biex tissimplifika l-għoti tas-servizz, tnaqqas il-ħinijiet ta’ stennija, u ttejjeb il-vjaġġ olistiku tal-klijent.
Matul il-perjodu ta’ rinovar, il-Bank ta prijorità sħiħa biex jibqa’ joffri servizz f’dawn il-lokalitajiet. L-ATMs fuq barra tal-fergħat baqgħu joperaw b’mod normali, u l-fergħat fil-qrib kienu aċċessibbli biex jassistu lill-klijenti ta’ dawn il-lokalitajiet ukoll, b’hekk inaqqsu l-inkonvenjent ikkawżat mill-għeluq ta’ dawn il-fergħat.
Il-klijenti huma mħeġġa jieħdu vantaġġ mis-sistema ta’ prenotazzjoni onlajn għal esperjenza aktar komda u bla xkiel. Billi jiffissaw appuntament minn qabel, il-klijenti jistgħu jnaqqsu l-ħinijiet ta’ stennija tagħhom u jiżguraw servizz f’waqtu mill-fergħa preferuta tagħhom. Kemm il-fergħa ta’ Buġibba kif ukoll dik ta’ Ħal Luqa huma disponibbli bħala għażliet f’din is-sistema. Dan jagħmilha aktar faċli minn qatt qabel li wieħed jippjana żjara fil-fergħa tal-Bank tiegħu.
Il-Fergħa ta’ Ħaż-Żebbuġ
Wara l-inċident li seħħ fit-28 ta’ Diċembru, ir-rinnovar ippjanati fil-fergħa tal-Bank f’Ħaż-Żebbug ġie mressaq ‘il quddiem biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-kumdità kemm tal-impjegati kif ukoll tal-klijenti. Dan ir-rinnovar se jwassal għall-istess biex din il-fergħa tkun fuq l-istess livell ta’ fergħat li kienu rinnovati dan l-aħħar. Matul iż-żmien li l-fergħa se tkun magħluqa, il-klijenti huma mħeġġa jużaw fergħat fil-qrib fir-Rabat, Ħal Qormi u s-Siġġiewi. L-eqreb ATMs jinsabu r-Rabat, Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħ’Attard. Għal aktar informazzjoni, biex tibbukkja appuntament, jew biex issib fergħat jew ATMs speċifiċi tal-BOV, wieħed jista’ jżur is-sit tal-Bank fuq www.bov.com.