Wednesday, December 25, 2024

“Il-festa l-ġimgħa d-dieħla mhix se tkun l-istess… mingħajrek”

Tmut Christianne Meli fl-età ta’ 27 sena

Aqra wkoll

“Lanqas irrid nemmen dak li qrajt dalgħodu.” Dan kien wieħed minn ħafna messaġġi li nkitbu fuq il-midja soċjali hekk kif dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Christianne Meli. Hi kellha 27 sena.

Hekk kif il-ġimgħa d-dieħla se tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Pietru f’Birżebbugia, ħafna kitbu li din is-sena l-festa mhux se tkun l-istess.

Oħrajn sellmu l-memorja ta’ Meli billi fakkru fi żminijiet ferm aktar sbieħ meta bħala tfal u anke tfajliet kienu jgawdu l-ħajja flimkien.

Zewġha Yorgen kiteb li martu se tkun qed tingħata l-aħħar għada fil-Knisja ta’ Birzebbuga fl-4.00pm.

Ekonomija

Sport