Friday, December 13, 2024

“Il-festa ta’ San Pawl ma kinitx ikkunsidrata”

Aqra wkoll

Tintalab laqgħa mal-Awtoritajiet tas-Saħħa sabiex tiġi ċċarata il-proposti tal-programm tal-festa ta’ San Pawl

Fi stqarrija, il-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfraġu, Valletta u l-Għaqda tal-Pawlini, Valletta nnuttaw numru ta’ “nuqqasijiet” li waslu għad-deċiżjoni li jerġgħu jibdew ikunu ċċelebrati l-festi minn April li ġej.

Fl-istess stqarrija il-Kolleġġjata u l-Għaqda tal-Pawlini saħqu li:
1. “Minkejja t-talba tal-Arċipriet li jkun preżenti fil-laqgħa din ma ġietx milqugħa.”

2. “L-Awtoritajiet kemm Ċivili u kemm Ekkleżjastiċi ma ħarġu ebda stqarrija uffiċjali dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa.”

3. “Minn dak li ġie rrappurtat jidher li ċ-ċirkostanzi attwali tal-festa ta’ San Pawl ma kienux ikkunsidrati, minkejja li ngħatat kopja tal-protokolli ta’ ħarsien tas-saħħa li qed jiġu proposti.”

Il-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfraġu, Valletta u l-Għaqda tal-Pawlini, iċċaraw li l-programm propost li jsir għal din is-sena, huwa ferm ridott minn dak ta’ snin oħrajn, u speċjalment minn festi tas-sajf, hekk kif mhux qed jiġu mitluba permessi għal marċi, iżda biss għal purċissjoni reliġjuza f’forma mqassra.

Fid-dawl ta’ dan qed issir talba biex issir laqgħa mal-Awtoritajiet tas-Saħħa sabiex tiġi ċċarata il-proposti tal-programm tal-festa ta’ San Pawl, u li tkun “milqugħa it-talba għal purċissjoni b’mod ridott u bi protokolli ta’ ħarsien tas-saħħa.”

Ekonomija

Sport