Friday, November 15, 2024

Il-FIFA qed tistudja l-possibbiltá ta’ tibdil fir-regoli fl-għoti tal-penalties

Aqra wkoll

Il-FIFA, flimkien mal-Bord Internazzjonali, l-organizzazzjoni inkarigata mir-regoli tal-fooball,  qed jistudjaw il-possibbiltá li jinbidlu r-regoli fl-għoti tal-penalties fit-tentattiv li l-goalkeepers ma jkollhomx aktar kuntatt mal-players li jkunu se jixxuttjaw mill-11-il metru biex itellfulhom il-konċentrazzjoni. 

Din l-inizjattiva qed tittieħed wara  l-atti kontroversjali tal-goalkeeper tal-Arġentina, Emi Martinez, fit-Tazza tad-Dinja tal-Qatar 2022.

Fil-finali kontra Franza, Martinez irrikorra għal modi differenti biex l-avversarji tiegħu jitilfu l-konċentrazzjoni u jġibhom nervużi qabel jixxuttjaw il-penalty tagħhom ….  Aurelien Tchouameni falla  mill-11-il metru.

Barra minn hekk, ħafna mill-goalkeepers iġibu ruħhom b’dan il-mod biex ifixklu lill-players avversarji b’mod psikoloġiku. 

Għaldaqstant il-federazzjoni mondjali qed tikkunsidra li li tieħu l-miżuri neċessarji biex tevita li l-goalkeepers ikollhom kuntatt ma’ dawk il-players li jkunu se jagħtu l-penalties. 

Il-goalkeeper irid jieħu postu mill-ewwel bejn il-lasti biex jipprova jilqa’ l-penalty u r-referee biss għandu jkollu kuntatt jew mal-istess goalkeeper jew inkella mal-player avversarju. 

Ekonomija

Sport