Tuesday, December 24, 2024

Il-FIFA se tieħu deċiżjoni dwar il-format tal-gruppi tat-Tazza tad-Dinja 2026

Aqra wkoll

Il-FIFA qed tistudja l-format tat-Tazza tad-Dinja 2026 li jerġa’ jinbidel għal gruppi ta’ erba’ timijiet hekk kif din id-deċiżjoni tista’ tiġi kkonfermata aktar tard dan ix-xahar.

Il-kompetizzjoni estiża ta’ 48 team fl-Istati Uniti, il-Messiku u l-Kanada kellha tinkludi 16-il grupp ta’ tlieta.

Iżda l-eċċitament iġġenerat mit-tournament tas-sena li għaddiet fil-Qatar, meta kull team lagħab tliet partiti, wassal biex il-FIFA terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. 

Din id-deċiżjoni mistennija tittieħed fil-laqgħa tal-kunsill tal-korp governattiv fi Rwanda, fis-16 ta’ Marzu, li ġej.

Hemm qbil fost il-partijiet kollha li l-format ta’ erba’ timijiet għandu jinżamm, sakemm ma testendix il-‘footprint’ tal-kompetizzjoni – li tinkludi ħin ta’ preparazzjoni kif ukoll it-tournament innifsu.

Ħafna staqsew il-mistoqsija kemm hija ġusta li team jikkwalifika għal din l-akbar manifestazzjoni sportiva mondjali u wara biss żewġ logħbet jirritorna d-dar … fi spazju ta’ ftit jiem. 

Peró min-naħa l-oħra, jekk kull grupp ikollu erba’ timijiet,  it-tournament se jkun kompost fuq tmien ġimgħat minflok erbgħa. Dan minħabba li minn 80 logħbiet proġettati se jintlagħbu 104.

Nistennew u naraw. 

Ekonomija

Sport