Thursday, December 26, 2024

Il-FIFA tgħid li l-players barranin jistgħu jitilqu mir-Russja

Aqra wkoll

Il-players barranin li jilagħbu fir-Russja jistgħu jissospendu l-kuntratti tagħhom u jitilqu temporanjament mill-pajjiż.

Il-FIFA għamlet din l-aħbar bħala riżultat tal-invażjoni Russa li għaddejja fl-Uk­raj­­na.

Il-clubs tal-football u t-timijiet nazzjo­nali Russi ġew sospiżi l-ġimgħa li għaddiet mill-kompetizzjonijiet kollha “sa av­viż ieħor” kemm mill-FIFA kif ukoll mill-UEFA.

“Il-FIFA tixtieq ittenni l-kundanna tagħha tal-użu kontinwu tal-forza mir- Russja fl-Uk­rajna,” hija qalet.

Fl-istqarrija, il-korp governattiv dinji żied: “Players u coaches barranin se jkol­lhom id-dritt li jissospendu b’mod unila­terali l-kuntratti tax-xogħol tagħhom mal-clubs in kwistjoni sa tmiem l-istaġun fir-Russja.

“Il-players u l-coaches se jitqiesu bħala li m’għandhomx kuntratt sat-30 ta’ Ġunju, 2022, u għalhekk se jkunu fil-libertà li jiffirmaw kuntratt ma’ club ieħor mingħajr ma jiffaċċjaw konsegwenzi ta’ ebda tip.”

L-unjoni tal-players, FIFPro, qalet li l-mi­żuri ma humiex biżżejjed.

“Filwaqt li xi miżuri addottati llum huma emendi ta’ għajnuna, id-deċiżjoni li players barranin jitħallew jissospendu biss il-kuntratti tagħhom u b’hekk jitilqu biss temporanjament mill-clubs Russi hija timi­da wisq.

“Se jkun diffiċli għall-players li jsibu impjieg għall-kumplament tal-istaġun bl-inċertezza tiġri fuqhom u, fi żmien ftit ġimgħat, jerġgħu jkunu f’sitwazzjoni diffiċli ħafna.

“Dawn il-players għandhom jitħallew itemmu l-kuntratti tagħhom.”

L-Unjoni tal-Football Russa qalet li se tmur quddiem il-Qorti tal-Arbitraġġ għall- Isport (CAS) biex tappella mill-projbizzjoni tagħha minn kompetizzjonijiet internazzjonali.

It-team Russu, Spartak Moscow, tkeċċa mill-Europa League u l-finali taċ-Cham­pions League 2022, li oriġinarjament kellha tintlagħab f’St Petersburg fit-28 ta’ Mejju, ġiet trasferita f’Pariġi.

Ekonomija

Sport