Saturday, December 14, 2024

Il-FIFA tħabbar il-format il-ġdid tat-Tazza tad-Dinja tal-Clubs bi 32 team

Aqra wkoll

Il-FIFA ħabbret  li t-Tazza tad-Dinja tal-Clubs, li għall-ewwel darba se tkun komposta minn 32 team, fl-2025, se ssir fl-Istati Uniti. Id-deċiżjoni ttieħdet unanimament mill-bord tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football. Sena wara, l-Istati Uniti se tospita wkoll it-Tazza tad-Dinja, flimkien mal-Kanada u l-Messiku.

“Il-proċess tal-għażla tal-pajjiż ospitu laħaq il-kriterji tar-rekwiżiti tal-infrastruttura u tas-servizz, kif ukoll l-għanijiet strateġiċi usa tat-tournament,” qalet il-FIFA fi stqarrija maħruġa wara l-laqgħa tal-Kunsill tagħha li saret permezz ta’ vidjokonferenza.

Taħt il-format il-ġdid, 12-il team Ewropew se jikkwalifikaw għal din it-Tazza tad-Dinja tal-Clubs fl-Istati Uniti, sitta mill-Amerika t’Isfel, erbgħa milll-CONCACAF, erbgħa mill-Afrika u erbgħa mill-Asja, b’post wieħed għal Oċeanja u wieħed għat-team ospitu ta’ dan it-tournament.

Tliet xhur ilu, il-FIFA kienet kkonfermat li Real Madrid, Chelsea, Palmeiras, Flamengo, Al Hilal, Al Ahly, Wydad Casablanca, Monterrey u Seattle Sounders huma diġà kwalifikati għal din il-kompetizzjoni.

Ekonomija

Sport