It-Tazza tad-Dinja tal-2034 se ssir fl-Arabja Sawdija, filwaqt li Spanja, il-Portugall u l-Marokk se jkunu l-organizzatur konġunti għat-tournament tal-2030, ikkonfermat il-FIFA.
Tliet logħbiet fit-tournament 2030 se jsiru wkoll fl-Arġentina, il-Paragwaj u l-Urugwaj biex jimmarkaw il-100 sena tal-kompetizzjoni.
L-ospiti għaż-żewġ Tazzi tad-Dinja ġew ikkonfermati fil-laqgħa tal-Kungress Straordinarju tal-Fifa tal-Erbgħa wara vot.
Il-Malta Football Association ħabbret li vvutat favur iż-żewġ fażijiet finali.
Il-president tal-Malta FA, Bjorn Vassallo, qal, “huwa interessanti li wieħed jara li għall- ewwel darba fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja l-logħbiet se jintlagħbu fi tliet kontinenti differenti u dan ifisser ukoll li l-offerta tal-2034 setgħet teoretikament ġejja biss mill-Asja jew l-Oċeanja
“F’termini tal-kritika lejn l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fir-Renju tal-Arabja Sawdija, jien ċert li dan is-suġġett se jkompli jiġi diskuss mill-gruppi kollha ta’ interess. Madankollu, hemm biżżejjed żmien biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mid-diversi gruppi ta’ ħidma dwar id-drittijiet tal-bniedem u għall-awtoritajiet Sawdi biex jirrispettaw l-obbligi tagħhom taħt il-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.”
Fl-aħħar ta’ Novembru, il-FIFA ppubblikat ir-rapporti tal-evalwazzjoni tal-offerti għall- edizzjonijiet tal-2030 u tal-2034 tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA.