Il-UEFA qed tistudja sew is-sitwazzjoni fit-Turkija aktar u aktar għax fl-14 ta’ Mejju li ġej se jsiru l-elezzjonijiet ġenerali. Dan il-pajjiż xi kultant hu rinomat li jkollu xi ftit ta’ inkwiet wara li jseħħ ir-riżultat finali u dan il-fattur jista’ jiddetermina anke l-finali tal-UEFA Champions League li se ssir fl-10 ta’ Ġunju li ġej.
Għalkemm hemm xahar differenza bejn dawn iż-żewġ avvenimenti, l-UEFA saħqet li mhux se tieħu ċansijiet minħabba li għandha f’moħħha dejjem is-saħħa u s-sigurta’ tal-plejers, diriġenti u partitarji tat-timijiet finalisti.
Saħansitra l-UEFA tista’ tipproponi biex fl-aħħar minuta tbiddel il-post fejn issir din il-finali.