Friday, April 10, 2026

Il-first Lady Melania Trump tiċħad għajdut li hija vittma f’Epstein files

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Waqt li żewġha, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump, jinsab okkupat bil-Gwerra fl-Iran, il-first lady Melania Trump tellgħet konferenza tal-aħbarijiet kontroversjali fejn quddiem il-ġurnalisti ċaħdet akkużi ta’ involviment fiċ-ċirku ta’ pedofelija ta’ Epstein jew li hija vittma tal-istess kriminal.

Il-famużi Epstein files, li qajmu kontroversja globali u rabja fost il-maġġoranza tal-popli tal-pajjiżi madwar id-dinja, għadhom iqajmu interess pubbliku. Fl-istess ħin dawn id-dokumenti xokkanti qegħdin iwerwru lil dawk li allegatament huma involuti inkluż politiċi, biljunarji u persuni influwenti.

Min-naħa tagħha Melania sostniet “m’inix vittma ta’ Epstein. Epstein ma introduċinix ma’ Donald Trump. Iltqajt b’kumbinazzjoni ma’ żewġi fl-1998 f’festin fi New York. Din l-ewwel laqgħa ma’ żewġi hija dokumentata fid-dettal il-ktieb tiegħi Melania”.

Il-first lady temmet tgħid li l-ewwel darba li tlaqgħet ma’ Epstein kien fis-sena 2000 f’avveniment li hija u Donald attendew flimkien għalih.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport