Wednesday, January 14, 2026

Il-flotta tal-Gozo Channel se titla’ għal 5 vapuri

Se jkunu qegħdin jibdew joperaw fl-2029 filwaqt li se jsir investiment ta’ €130 miljun.

Aqra wkoll

Il-Flotta tal-Gozo Channel li opera bejn Għawdex u Malta se titla’ għal ħames vapuri. Erba’ vapuri se jkunu qegħdin jagħtu servizz lin-nies filwaqt li l-vapur l-ieħor se jkun qiegħed jintuża għall-ġarr tal-merkanzija. Dan kollu se jsir b’investiment ta’ madwar €130 miljun.

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, li għaliha attendew il-Ministri Clint Camilleri, Silvio Schembri u Chris Bonett tħabbar li dawn iż-żewġ vapuri ġodda se jkunu fis-servizz fis-sena 2029.

Min-naħa tiegħu l-Ministru Clint Camilleri qal li t-tliet vapuri li huma tal-Gozo Channel se jinżammu minħabba li l-kundizzjoni tagħhom hija tajba. Minkejja dan qal il-Ministru Camilleri, il-Gvern se jkompli jinvesti fihom. Fil-fatt, f’dawn it-tlett vapuri se jkompli jsir l-investiment biex tiżdied l-effiċjenza u anke jkollhom kapaċita li jintużaw fil-massimu tagħha. Dan se jsir b’investiment ta’ 20 miljun ewro fuq sitt snin.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar qal li dan li qiegħed jitħabbar hu parti minn pjan fit-tul fejn tidħol il-konnettivita bejn il-gżejjer liema pjan beda x-xogħol fuqu tliet snin ilu bi studji biex jiġi stabbilit kif il-flotta preżenti tal-Gozo Channel se tħallaq mad-domanda u biex itejjed l-effiċjenza fl-operat tagħha.

Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet tkellem ukoll il-Ministru Silvio Schembri fejn ta’ spjegazzjoni dwar il-vapuri l-ġodda li l-Gozo Channel mistennija li jkollha. Qal li dawn se jkunu qegħdin jinbnew mill-ġdid fejn wieħed se jkun qiegħed jesa’ 250 karozza filwaqt li l-ieħor se jkun iżgħar fejn se jkun qiegħed iġorr sa massimu ta’ 75 karozza.

Qal li l-vapur li sejkun qiegħed jġorr il-merkanzija se jkun qiegħed jaħdem bejn il-Freeport u Ras Ħanżir f’Malta u lejn Għawdex. Dan is-servizz se jkun qiegħed jingħata darbtejn kuljum, iżda mhux eskluż li dan jitla’ għal erba’ darbiet.

Ġie spjegat li dan il-vapur tal-merkanzija se jkun qiegħed jingħata se jkun qiegħed jifranka madwar 179,000 kilometru ta’ vjaġġar fit-toroq Maltin hekk kif qabel dawn it-trakkijiet kienu jieqfu ċ-Ċirkewwa.

Il-Ministru Chris Bonett qal li dan il-vapur se jkun qiegħed jiġorr vetturi li huma tiwal minn 12-il metru.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet tħabbar ukoll li sar l-ingaġġ ta’ naval architect biex ikun jista’ jagħti direzzjoni dwar liema għandhom ikunu l-aqwa vapuri biex jintużaw bejn il-gżejjer.

Tħabbar ukoll li għaddejja ħidma biex jibdew il-vjaġġi bejn Għawdex, Tas-Sliema u Buġibba.

Il-Ministru Bonett ħabbar li se fil-ġimgħat li ġejjin se tkun qiegħda titwaqqaf task force biex jiġi studjat kif se jkun hemm titjib fl-infrastruttura tal-Port tal-Imġarr.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport