Tkompli l-ħidma fuq il-proġett Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) u Luqa Junction Project hekk kif it-13-il struttura tal-azzar li jiżnu 580 tunnellata għall-gvieret tal-flyovers ġodda issa jinsabu kollha f’posthom.
Infratructure Malta qalet li l-flyovers għandhom ikunu miftuħa għall-pubbliku fix-xhur li ġejjin.
Dawn il-proġetti se jkunu kofinanzjati mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tal-UE.