Monday, February 10, 2025

Il-Fondazzjoni HSBC Malta b’għajnuna b’risq programm online ġdid għal pazjenti ta’ età żgħażugħa

Aqra wkoll

Il-Fondazzjoni HSBC Malta ħabbret b’sodisfazzjon l-appoġġ tagħha għall-aħħar inizjattiva tal-Fondazzjoni Karl Vella (KVF), ‘Embrace – Navigating Pain in Times of Illness.’ Dan il-programm online innovattiv huwa mfassal biex joffri appoġġ psikoterapewtiku kritiku lil pazjenti żgħar ta’ bejn il-5 u s-17-il sena li jkunu għaddejjin minn trattament għal mard serju jew li jillimita l-ħajja, kemm f’Malta kif ukoll barra.

Il-programm ‘Embrace’ jipprovdi spazju sikur fejn it-tfal jistgħu jesprimu l-emozzjonijiet tagħhom u jiżviluppaw strateġiji li permezz tagħhom ikunu jistgħu ifendu għal rashom. Bl-użu tal-arti, l-artiġjanat, it- terapija narrattiva, meditazzjoni, u t-tafal bħala tekniki terapewtiċi, il-programm irawwem l-espressjoni kreattiva u l-fejqan emozzjonali. Din l-inizjattiva għandha l-għan li tgħin lil dawn il-pazjenti ta’ età żgħażugħa jimmaniġġjaw l-isfidi fiżiċi u emozzjonali tal-mard, u tħeġġiġhom jipproċessaw l-esperjenzi tagħhom f’ambjent interattiv u ta’ appoġġ.

L-impenn ta’ HSBC Malta b’risq din l-inizjattiva ikompli jibni mal-viżjoni usa’ tal-bank dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR), li tiffoka fuq it-trawwim tal-benesseri ta’ gruppi vulnerabbli u l-investiment fis-saħħa mentali u l-kura emozzjonali. Billi jisponsorja parzjalment ‘Embrace,’ HSBC Malta qed jafferma mill-ġdid id-dedikazzjoni tiegħu li jagħmel differenza sinifikanti fil-ħajja ta’ dawk li l-aktar li għandhom bżonn.

Din l-inizjattiva titratta wkoll diversi Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari l-SDG 3: Saħħa u Benesseri, kif ukoll l-SDG 4: Edukazzjoni ta’ Kwalità. Bil-promozzjoni tar-reżiljenza psikoloġika u l-iżvilupp emozzjonali fost il-pazjenti żgħażagħ, il-programm ‘Embrace’ jappoġġja l-iżvilupp olistiku u s-saħħa mentali.

Michel Cordina, Kap tal-Iżvilupp tan-Negozju ta’ HSBC Malta enfasizza l-importanza ta’ din is-sħubija: “Aħna onorati li nappoġġjaw il-ħidma tal-Fondazzjoni Karl Vella, li taħdem b’risq dak li huwa wkoll l-impenn tagħna li nibnu soċjetà b’aktar kompassjoni u appoġġ. ‘Embrace’ mhuwiex biss programm;
huwa fejda prattika għaż-żgħażagħ u l-familji li qed jiffaċċjaw sfidi straordinarji tul ħajjithom. Fl-HSBC Malta, nemmnu li l-investiment fil-benesseri emozzjonali u mentali tal-membri l-aktar vulnerabbli tal-komunità tagħna huwa kruċjali, u aħna kburin li għandna sehem f’din l-inizjattiva li qed tħalli impatt konsiderevoli.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport