Monday, December 23, 2024

Il-fondazzjoni internazzjonali Save the Children tneħħi lil Cristiano Ronaldo minn ambaxxatur tagħha

Aqra wkoll

Il-fondazzjoni internazzjonali Save the Children neħħiet lil Cristiano Ronaldo minn ambaxxatur tagħha wara li allegatament ‘inġurja’ partitarju ta’ Everton ta’ 14-il sena billi sabbatlu l-mobile minn idu wara t-telfa ta’ 1-0 ta’ Manchester United f’Goodison Park.

Filmati li bdew jiċċirkolaw fuq il-media soċjali wrew lil Ronaldo jidher isabbat xi ħaġa minn idejn it-tifel hekk kif kien dieħel fit-tunnel.

Minn dakinhar il-partitarju ġie identifikat bħala Jake Harding, li għandu l-awtiżmu. Il-Pulizija ta’ Merseyside kkonfermat li qed tfittex aktar informazzjoni rigward dan l-inċident.

Ommu Sarah Kelly qalet li l-mobile kien ta’ Jake, u sostniet li l-attakkant Portugiż kien ‘inġurjah’ u benġillu idu billi sabbatlu l-mobile mal-art.

Miss Kelly qalet ukoll li binha rrifjuta stedina minn Ronaldo biex jattendi partita f’Old Trafford.

Fl-aħħar daqqa ta’ ħarta għall-immaġni pubblika ta’ Ronaldo wara l-inċident, huwa mifhum li Save the Children neħħiet lill-istilla tal-Portugall wara disa’ snin bħala ambaxxatur tagħha.

Il-player ta’ 37 sena m’għadux jidher fuq il-lista tal-ambaxxaturi fuq il-website internazzjonali karitattiva. Ronaldo beda jaħdem għall-ewwel darba ma’ din il-Fondazzjoni lura fl-2013.

Ekonomija

Sport