Saturday, July 20, 2024

Il-Fondazzjoni MAPFRE tħabbar għotjiet li jammontaw għal €265,000 għal proġetti ta’ riċerka

Aqra wkoll

Il-Fondazzjoni MAPFRE nediet edizzjoni ġdida tal-għotjiet ta’ riċerka bl-isem Ignacio H. Larramendi għal ammont totali ta’ €265,000, immirati għal riċerkaturi jew timijiet ta’ riċerka fl-oqsma akkademiċi u professjonali li jixtiequ jiżviluppaw programmi b’mod indipendenti jew fil-qafas ta’ universitajiet, sptarijiet, kumpaniji jew ċentri ta’ riċerka.

L-għotjiet għal proġetti dwar il-promozzjoni tas-saħħa jilħqu ammont massimu ta’ €30,000 għal kull premju. Il-proġetti ta’ riċerka jistgħu jkunu dwar il-prevenzjoni tal-obeżità, l-edukazzjoni dwar proċeduri ta’ emerġenza għall-pubbliku, il-promozzjoni tal-attività fiżika, l-evalwazzjoni ta’ ħsara fiżika, il-ġestjoni tas-saħħa, il-lonġevità tal-ħajja, u l-influwenza tal-istil ta’ ħajja.

Dawn l-għotjiet huma wkoll offruti lil riċerkaturi interessati li jippromwovu proġetti relatati mal-assigurazzjoni, il-ġestjoni tar-riskju, teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-assigurazzjoni u l-protezzjoni soċjali, bħal pensjonijiet, tfaddil, investimenti, likwidazzjoni ta’ l-assi, u l-ekonomija tal-lonġevità. Dawn jistgħu jirċievu sa €15,000 gross għal kull għotja.

Din hija sejħa dinjija u l-proġetti jistgħu jiġu sottomessi bl-Ispanjol, bl-Ingliż jew bil-Portugiż qabel is-7 ta’ Ottubru 2024.

Għat-termini u l-kundizzjonijiet żur is-sit: https://www.fundacionmapfre.org/en/awards-aids/ignacio-larramendi-research-grants/

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport