Thursday, December 26, 2024

Il-Fondazzjoni MAPFRE tippubblika studju dwar l-użu tal-internet fost adolexxenti ta’ 13 u 16 –il sena f’ Malta u Għawdex

Aqra wkoll

Dan l-istudju jippreżenta s-sejbiet ta’ studju ta’ riċerka dwar l-użu tal-internet fost dawk li għandhom bejn 13 u 16 –il sena f’Malta u Għawdex, u janalizza ir-rutini tagħhom kemm offline u online, waqt li jħares lejn użu problematiku tal-internet, wara il-pandemija tal- COVID 19.

Dan l-istudju kien jifforma parti mill-inizjattiva Logging Off 2022-2023, li kienet ikkummissjonata u iffinanzjata mill-fondazzjoni MAPFRE. 

L-informazzjoni għal dan l-istudju nġabret bejn April u Ġunju 2023, permezz ta’ kwestjonarju. Total ta’ 245 adolexxenti ta’ bejn it-13 u s-16-il sena pparteċipaw f’dan l-istudju li kien imwettaq mis-soċjologu Dr Maria Brown, f’isem il- Fondazzjoni MAPFRE, imwaqqfa fi Spanja, fl-1975. Il-Fondazzjoni MAPFRE m’għandhiex interessi kummerċjali, iżda għandna l-għan li tikkontribwixxi għas-soċjetà. (Aktar informazzjoni dwar il- Fondazzjoni MAPFRE tista’ tinkiseb fuq: https://www.fundacionmapfre.org.

Il-biċċa l-kbira tal-parteċipanti ammettew li fuq bażi regolari,  jqattgħu aktar ħin online milli pjanat, u ħafna drabi din twaqqaf minn affarijiet oħra li għandhom bżonn jagħmlu. Madwar żewġ terzi tal-parteċipanti iddikjaraw li dejjem, ħafna drabi, jew xi kultant isiru nervużi, jew jispiċċaw f’burdata ħażina meta jwaqqfu il-ħin online.

Minoranza żgħira ħafna qablet li il-ħiliet ta’ komunikazzjoni tagħhom online huma aħjar minn dawk b’mod personali. Madankollu, inqas minn nofs il-parteċipanti ma qablux li dan huwa minnu. Il-maġġoranza esprimew fehmiet newtrali dwar dan.

Meta mqabbel ma’ meta ir-restrizzjonijiet tal-COVID-19 kienu fis-seħħ, il-biċċa l-kbira tal-adolexxenti iddikjaraw li l-ħin tagħhom online naqas. Madankollu aktar minn terz iddikjaraw li baqa’ l-istess jew li żdied.

L-istudju wera li dawn l-esperjenzi huma komuni bejn żgħażagħ ta’ bejn it-13 u s-16-il sena minħabba li aktar testijiet ma żvelaw l-ebda differenza sinifikanti bejn dawk li wieġbu, li huma ta’ età jew ġeneru differenti, jew dawk li jiġu minn kuntest differenti.

Ir-riżultati indikaw żieda fil-ħin online fiż-żmien ta’ dan l-istudju meta mqabbel ma żminijiet ta’ qabel il-pandemija. B’mod partikolari, aktar skrutinju żvela li it-tali żieda kienet prevalenti fost in-nisa b’mod  sinifikanti. Barra minn hekk, fost dawk li ippruvaw inaqqsu il-ħin tagħhom online iżda ma rnexxilhomx, in-nisa kienu aktar prevalenti. 

Minkejja dan, l-istudju ipproduċa xi evidenza li ċertu żgħażagħ irnexxilhom inaqqsu il-ħin tagħhom online. Dan huwa speċjalment il-kas għal dawk ta’ bejn 13 u 16 –il sena li jgħixu ma’ aktar minn adult wieħed, b’mod partikolari dawk li għandhom l-aħwa.  Dawn ukoll ma qablux li jippreferu kommunikazzjoni online, minn dik personali. Wieħed jista’ jara l-istudju sħiħ fuq https://www.mapfre.com.mt/health-promotion/

Ekonomija

Sport