Il-BOV Asset Management għalaq is-sena 2025 b’riżultati tajba fil-firxa kollha tal-fondi ta’ investiment tiegħu, u wera reżiljenza f’sena kkaratterizzata minn inċertezza akbar u tibdil qawwi fis-swieq finanzjarji globali.
Fil-kumment tiegħu dwar il-prestazzjoni, Peter Paul Cilia, Kap tal-BOV Asset Management, spjega li, “Is-sena 2025 fakkret lill-investituri li l-volatilità tas-suq hija parti mill-vjaġġ tal-investiment. Dak li jgħodd l-aktar huwa li wieħed jibqa’ ffukat fuq l-għanijiet fit-tul.
Billi żammejna approċċ dixxiplinat u investejna f’firxa ta’ assi differenti, il-fondi tagħna setgħu jibqgħu reżiljenti u jwasslu riżultati pożittivi minkejja ambjent diffiċli.”
Is-swieq globali għaddew minn żidiet u tnaqqis sinifikanti matul is-sena. Madankollu, kemm is-swieq tal-ishma kif ukoll dawk tal-bonds għalqu l-2025 f’territorju pożittiv. Din ir-reżiljenza kienet riflessa fil-fondi kollha mmexxija mill-BOV Asset Management, bi kważi kull strateġija rreġistrat qligħ matul il-perjodu.
Diversi fondi spikkaw għall-prestazzjoni b’saħħitha tgaħhom. Il-Vilhena Global Themed Fund – USD Share Class irreġistra redditu ta’ 18.4%, sostnut mill-enfasi tiegħu fuq temi globali ta’ tkabbir fit-tul. Il-Vilhena European Multi-Manager Fund u l-Vilhena US Multi-Manager Fund – USD Share Class ukoll taw riżultati robusti, b’redditi ta’ ftit aktar minn 15% kull wieħed.
Il-firxa usà tal-BOV Investment Funds ukoll marret tajjeb fuq profili differenti ta’ riskju, u enfasizzat l-importanza tad-diversifikazzjoni. Il-BOV Growth Portfolio Fund kiseb redditi b’żewġ ċifri, filwaqt li l-BOV Balanced Portfolio Fund – Accumulator Class Share u l-BOV Conservative Portfolio Fund – Accumulator Class Share irreġistraw riżultati pożittivi u stabbli.
Dawn il-fondi huma mfassla biex jappoġġjaw lill-investituri f’fażijiet differenti ta’ ħajjithom — kemm jekk qed jibnu l-ġid tagħhom, jibbilanċjaw it-tkabbir mal-istabbiltà, jew jagħtu prijorità lill-preservazzjoni tal-kapital.
Strateġiji ffukati fuq id-dħul ukoll iġġeneraw riżultati affidabbli matul is-sena. Il-Vilhena Sterling Income Fund u l-Vilhena High Yield Fund – Euro Accumulator Class Share taw redditi pożittivi, u kienu attraenti għal investituri li jfittxu dħul regolari bħala parti minn pjan finanzjarju fit-tul.
Il-BOV Asset Management jifforma parti mill-Grupp BOV, wieħed mill-fornituri ewlenin tas-servizzi finanzjarji f’Malta. Permezz tal-fondi u s-soluzzjonijiet ta’ investiment tiegħu, il-BOV Asset Management jgħin lill-individwi u lill-familji jkabbru u jipproteġu l-ġid tagħhom, u jenfasizza l-importanza tal-investiment bħala element ewlieni għall-benesseri finanzjarju fit-tul.
L-investiment fuq medda ta’ żmien jista’ jgħin lill-individwi jimmaniġġjaw l-inflazzjoni, jibnu sigurtà finanzjarja u jaħdmu lejn għanijiet futuri, anke fi żminijiet ta’ inċertezza fis-suq. Billi joffri firxa ta’ fondi b’livelli differenti ta’ riskju u objettivi ta’ investiment, il-BOV Asset Management għandu l-għan li jgħin lill-investituri jibqgħu investiti, infurmati u kunfidenti fid-deċiżjonijiet finanzjarji tagħhom.
Aktar informazzjoni dwar il-BOV Asset Management u l-fondi tiegħu tista’ tinkiseb minn www.bovassetmanagement.com

