Wednesday, December 25, 2024

Il-football Ingliż sospiż fir-Russja

Aqra wkoll

Il-Premier League ssospenda l-ftehim tax-xandir mar-Russja wara l-invażjoni tal-pajjiż fl-Ukrajna. Il-mossa se tidħol fis-seħħ b’mod immedjat, jiġifieri l-erba’ logħbiet ta’ għada l-Ħamis mhux se jintwerew fil-pajjiż.

Il-kwistjoni ħadet biss 15-il minuta minn laqgħa ta’ erba’ sigħat tal-20 club f’Londra nhar it-Tlieta biex jaqblu.

L-ogħla diviżjoni Ingliża tgħid ukoll li se tagħti donazzjoni ta’ £1 miljun biex tappoġġa lill-poplu tal-Ukrajna.

Id-drittijiet tat-TV għall-Premier League kienu proprjetà tal-Grupp Rambler. Il- kumpanija kienet fl-aħħar sena tagħha ta’ ftehim ta’ tliet snin biex turi logħbiet fir-Russja.

F’mossa separata, l-FA ssospendiet ukoll il-ftehim tagħha mar-Russja li jfisser li l-ebda partita tal-kwarti-finali tal-FA Cup ta’ dan ix-xahar ma se tintwera.

Il-Premier League jgħid li jikkundanna l-invażjoni tar-Russja tal-Ukrajna u li l-clubs tagħha qablu b’mod unanimu dwar il-mossa.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-clubs tal-Premier League urew solidarjetà mal-Ukrajna hekk kif il-captains libsu faxxa speċjali bil-kuluri tal-Ukrajna, filwaqt li l-isceens fil-grounds urew ‘Football Stands Together’ quddiem il-bandiera blu u safra tal-pajjiż.

Huwa mifhum li mhux se jkun hemm ripetizzjoni tal-marka favur l-Ukrajna li saret madwar il-logħob ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Madankollu, il-clubs jistgħu jipproduċu r-rispons tagħhom stess jekk jixtiequ.

Il-Football League jgħid li ssospenda wkoll ix-xandir tal-partiti tiegħu fir-Russja.

Ekonomija

Sport