Wednesday, December 25, 2024

Il-football Malti se jerġa’ jibda mit-Tnejn 17 ta’ Jannar

Aqra wkoll

Il-football se jerġa’ jibda mit-Tnejn 17 ta’ Jannar, bl-ewwel logħbiet mill-14-il ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier.

L-aċċess għall-istadji se jkun allinjat mal-bidliet riċenti mħabbra mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika. L-ispettaturi jintalbu juru ċertifikat validu tat-tilqim, kif definit mill-awtoritajiet imsemmija. F’laqgħa li saret aktar kmieni llum, il-Bord Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni approva l-emendi meħtieġa għall-Protokoll tagħha dwar ir-Ritorn għall-logħob, soġġett għal kwalunkwe deċiżjoni ulterjuri meħuda jew direzzjoni mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa.

L-MFA xtaqet tiċċara li kull min diġà għandu biljett għal xi partiti li ġew skedati mill-ġdid jista’ juża l-istess biljett għall-istess fixture kif skedat mill-ġdid. Kwalunkwe mistoqsija dwar il-biljetti tista’ tintbagħat fuq [email protected].

Il-bejgħ ta’ biljetti għar-rounds ta’ partiti li jmiss se jkun online minn għada l-Ħamis 13 ta’ Jannar 2022. Il-biljetti jistgħu wkoll jinxtraw personalment minn qabel mill-Malta FA Merchandising Shop it-Tlieta (2pm-4pm) u l-Ġimgħa (10m—1pm).

(Iktar informazzjoni dwar x’jikkostitwixxi ċertifikat validu ta’ tilqim tista’ ssibha hawn: https://deputyprimeminister.gov.mt/en/health-promotion/covid-19/Pages/travel.aspx )

Ekonomija

Sport