Saturday, November 23, 2024

Il-football Taljan se jkun iffaċċjat bi skandlu ġdid?

Aqra wkoll

Il-Prosekutur Federali fetaħ investigazzjoni dwar 62 trasferiment suspettużi fis-Serie A, wara li studja l-ftehimiet tal-iskambji u l-qligħ kapitali minħabba valutazzjonijiet possibbilment minfuħa.

Il-media Taljana qed issostnu li l-football Taljan qed jiffaċċja skandlu ġdid .. issa dak tat-trasferimenti 

Ir-rapporti jsostnu li l-COVISOC, il-Kummissjoni Superviżorja għall-klabbs tas-Serie A bagħtet rapport dettaljat lill-Prosekutur u lill-President tal-FIGC Gabriele Gravina, fejn talbithom jeżaminaw il-kwistjoni.

Is-superviżur isostni li ċerti negozji setgħu kellhom impatt sinifikanti fuq il-kontijiet ta’ diversi klabbs fl-ogħla livell.

Napoli huma kkwotati għat-trasferiment ta’  Victor Osimhen li erba’ plejers ċċaqalqu lejn Lille għal valur totali ta’ €20m u tnejn minnhom issa jinsabu fis-Serie D, wieħed fis-Serie C u r-raba’ baqa’ fi Franza mingħajr ma lagħab.

Juventus għandhom 42 trasferiment fil-lista, b’21 plejer mibdula għal total ta’ €90m, iżda l-flus involuti kienu ftit aktar minn €3m.

Il-każ issa jinsab fl-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-FIGC, li għad iridu jinfetħu l-proċeduri meħtieġa. Iżda l-Prosekutur Federali qed jistudja d-dokumenti u mhux eskluż li l-każ jista’ jinfetaħ fil-futur.

Is-sena l-oħra, skandlu simili laqat is-Serie B fl-Italja, u fl-aħħar mill-aħħar irriżulta f’punti mnaqqsin għal Cesena u Chievo – żewġ klabbs li eventwalment fallew.

Sport