Tuesday, January 27, 2026

Il-football Video Support se tintuża għar-round finali tal-Meridian FA Trophy

Aqra wkoll

Il-Malta FA ħabbret li s-sistema l-ġdida ta’ Football Video Support (FVS) se tkun fis-seħħ għar-rounds finali tal-Meridianbet FA Trophy.

Dan isegwi l-implimentazzjoni b’suċċess tas-sistema FVS fil-Malta FA Jubilee Cup, flimkien mal-YoHealth Malta Premier.

S’issa, is-sistema FVS intużat fi 38 partita, b’76 ‘challenge’. Dan sussegwentement wassal biex 17-il deċiżjoni jinbidlu, li jammontaw għal 22.4% taċ-‘challenges’, filwaqt li tmien goals ġew imħassra, medja ta’ goal kull 9.5 partiti.

David Elleray, Direttur Tekniku fl-International Football Association Board, li qed isegwi mill-qrib il-provi kollha, żar il-Malta FA dan l-aħħar u nnota li huwa sodisfatt bil-progress u l-implimentazzjoni tas-sistema, flimkien mar-riżultati miksuba.

Is-sistema FVS se tintuża mir-round tal-Aħħar 16 tal-Meridianbet FA Trophy ’il quddiem.

Peress li s-sistema FVS se tintuża wkoll minn numru ta’ timijiet tal-BOV Challenge League matul dawn ir-rounds, it-timijiet kollha ġew infurmati dwar is-sistema matul l-aħħar jiem biex jiżguraw li jkunu jafu sew kif taħdem.

Il-Malta FA tenniet li temmen bis-sħiħ fis-sistema FVS – flimkien mas-sistema Video Support (VS) fil-futsal – u se tkompli tinvesti fiha. Il-Malta FA se tkompli tkopri l-ispejjeż kollha relatati mas-sistema FVS fil-kompetizzjonijiet li torganizza, inkluż il-Meridianbet FA Trophy u l-BOV Super Cup.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport