Ritratti: ALAN SALIBA
Fortina Contracting ħabbret li tterminat ir-relazzjoni li kellha ma’ Taca Construction wara li t-taħditiet biex jerġgħu jibdew ix-xogħlijiet fil-proġett ta’ Tas-Sliema fallew.
Spjegat li x-xogħlijiet fuq il-proġett ilhom weqfin għall-aħħar tliet ġimgħat, wara li l-ħaddiema ħarġu bi strajk jekk kif qalu li l-kumpanija ma ħallsitilhomx il-pagi.
Għalhekk, Fortina Contracting tathom l-aħbar ta’ terminazzjoni fit-3 ta’ Ġunju iżda pprovat tidħol f’taħditiet ma’ Taca Construction biex jipprovaw jirranġaw is-sitwazzjoni. Madankollu, il-kumpanija qiegħda tgħid li dawn id-diskussjonijiet fallew.




Kelliem għall-kumpanija qal li pprovaw jagħmlu minn kollox biex jirranġaw is-sitwazzjoni, iżda Taca naqset milli ġġid lill-ħaddiema lura fuq xogħolhom u għalhekk il-kumpanija kellha titterminahom.
Fortina Contracting qiegħda żżomm lil Taca bħala responsabbli għad-danni, peress li l-proġett qed jittardja. Il-kumpanija qalet li l-kuntratt se jkun qed jittieħed minn kuntrattur ieħor fil-jiem li ġejjin.