Saturday, September 7, 2024

Il-Forzi Armati ssalva 3 baħrin li ntilfu minn sensihom f’tanker taż-żejt

Aqra wkoll

Il-Forzi Armati ta’ Malta salvat 3 baħrin li kienu fuq tanker taż-żejt. Għal xi raġuni huma ntilfu minn sensihom u għalhekk intalbet l-assistenza biex jiġu salvati.

Il-tanker li hu twil 239 metru kien qiegħed iġorr żejt mhux raffinat. Fi stqarrija l-AFM qalet li l-baħrin intilfu minn sensihom f’wieħed mit-tankijiet.

Uffiċjal mediku tal-Forzi Armati mar fuq it-tanker u ta l-Ewwel Għajnuna lill-baħrin.

Huma nġiebu Malta fejn qed jingħataw kura l-Isptar Mater Dei.

Ekonomija

Sport