Monday, November 4, 2024

Il-Forzi Iżrealiti joqtlu għalliem waqt li kien qed jagħti l-ewwel għajnuna lil militant midrub

Aqra wkoll

Il-Forzi Iżrealiti qatlu għalliem Palestinjan ta’ 57 sena li mar jagħti l-ewwel għajnuna lil militant li kien sofra xi ġrieħi. Dan intqal lill-midja internazzjonali kemm mill-infermieri li marru jassistu liż-żewġ persuni kif ukoll mill-familja tal-għalliem.

Jawad Bouaqneh, għalliem u missier ta’ sitt itfal ġew maqtul kiesaħ u biered mill-forzi Iżraeliti quddiem id-dar tal-familja tiegħu f’Jenin. Dan l-attakk fuq l-għalliem seħħ ftit sigħat wara li l-armata Iżrealiti wettqet diversi attakki mill-ajru fuq l-art okkupata tax-Xatt tal-Punent.

Bil-mewt ta’ Bouaqneh, issa n-numru ta’ persuni maqtulin mill-forzi Iżrealiti dan ix-xahar biss tela’ għal 17-il persuna.

Min-naħa tagħhom il-Forzi tad-Difiża ta’ Iżreal qalu li t-truppi tagħhom spiċċaw fil-mira ta’ attakk li kien imwettaq minn raġel armat. Huma mill-ewwel fetħu n-nar u qatluh. Fi stqarrija qalu li huma konxji li kien hemm persuna ċivili li nqatlet però qalu li dak il-ħin tal-attakk, dan l-għalliem qatt ma messu kien hemm.

It-tifel tal-għalliem qal li missieru ħareġ jiġri biex jagħti l-ewwel għajnuna lil persuna li deher midrub. Iżda f’daqqa waħda l-forzi Iżraeliti fetħu n-nar fuqu wkoll u qatluh.

Sport