Monday, December 23, 2024

Il-forzi Russi mistennija jnaqqsu l-attività tagħhom madwar Chernihiv

Aqra wkoll

Iktar kmieni llum ġriet l-aħbar li l-forzi Russi se jnaqqsu l-attività tagħhom madwar Chernihiv. Ċertament illi din l-aħbar se tintlaqa’ b’mod pożittiv min-nies li jinsabu maqbudin f’din il-belt — huwa stmat li bħalissa l-ammont ta’ Ukreni f’Chernihiv jammonta madwar 140,000 persuna.

Ftit sigħat qabel ma ngħatat l-aħbar, iktar splużjonijiet kienu rrappurtati f’Chernihiv.

Għal dawn l-aħħar ftit ġimgħat, f’Chernihiv ma kienx hemm provvista ta’ elettriku, gass u ilma tax-xorb. Barra minn hekk, residenti u uffiċjali Ukreni akkużaw lir-Russja talli poġġiet fil-mira tagħha l-infrastruttura u d-djar tar-residenti; talli wettqet ħsarat u tkissir fl-isptarijiet, fl-iskejjel u numru ta’ bini residenzjali.

Is-Sindku Vladyslav Atroshenko semma li mill-ewwel jum tal-gwerra Russo-Ukrajna ’l hawn, huwa stmat li madwar 350 jew 400 persuna f’Chernihiv spiċċaw mejtin. 

Ekonomija

Sport