Saturday, October 26, 2024

Il-forzi tal-Etjopja mistennijin jieħdu l-kontroll ta’ Tigray fil-jiem li ġejjin

Aqra wkoll

Il-forzi tal-Etjopja se jieħdu l-kontroll ta’ Mekelle, il-kapitali tar-reġjun ta’ Tigray, fil-jiem li ġejjin. Dan qaluh uffiċjali militari lbieraħ filgħaxija, jum wara li l-Prim Ministru ħabbar il-“fażi finali” ta’ offensiva fir-reġjun.

Il-qawwiet federali ħadu l-kontroll ta’ Wikro, belt li tinsab madwar 50 kilometru fit-Tramuntana ta’ Mekelle, bil-Logotenent-Ġeneral Hassan Ibrahim jgħid li l-militar “se jieħdu kontroll ta’ Mekelle fi ftit jiem”.

Huwa żied jgħid li l-qawwiet tal-Gvern ħadu l-kontroll ta’ diversi bliet oħrajn.

Intant ilbieraħ filgħaxija fil-pajjiż ġar tal-Eritrea, ħoss kbir possibbilment splużjoni nstema’ mill-kapitali Asmara. L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters ilha aktar minn ġimagħtejn ma jirnexxilha tagħmel kuntatt ma’ uffiċjali tal-Gvern tal-Eritrea.

Sport