Monday, December 23, 2024

Il-forzi tal-Istati Uniti jwettqu attakk ġewwa s-Sirja

Aqra wkoll

Forzi speċjali tal-Istati Uniti wettqu rejd antiterroristiku ġewwa s-Sirja f’żoni li huma kkontrollati mill-oppożizzjoni qrib tal-fruntiera mat-Turkija. 

Kelliemi għall-Pentagon qal li l-missjoni kienet waħda ta’ suċċess u l-Istati Uniti ma sofriet l-ebda telf ta’ ħajja. Il-kelliemi ma tax iktar dettalji. Uffiċjali tas-salvataġġ irrapportaw li f’dan l-attakk tilfu ħajjithom minn tal-inqas 13-il presuna, u fosthom kien hemm sitt itfal u erba’ nisa.

Hu mifhum li belt ta’ Atmeh, il-post fejn seħħ l-attakk, hija d-dar ta’ għadd ta’ ġiħadisti barranin li għandhom rab­tiet mal-Al-Qaeda. 

L-attakk dam għaddej madwar sagħtejn u r-ritratti li ġew ippubblikati fuq il-midja kienu juru l-ħerba kbira li dan ħalla warajh.

Ekonomija

Sport