Sunday, February 1, 2026

Il-Forzi tal-Ordni u l-komunità Pollakka f’Malta jinġabru flimkien sabiex isellmu lil Oliwia Wojnowska

Aqra wkoll

Il-komunità Pollakka f’Malta qed tfakkar il-memorja tat-tifla ta’ 13-il sena li tilfet ħajjitha fiċ-Ċirkewwa, Oliwia Wojnowska permezz ta’ quddiesa li se ssir minn hawn u ftit tal-minuti oħra fil-kappella ta’ San Ġwann Bosco f’Tas-Sliema.

Dan is-sit jinsab infurmat li preżenti hemm ukoll il- Forzi tal ordni biex isellmu l-memorja tagħha. Huwa mifhum li wara l-quddies, dawk kollha preżenti se jmorru fis-sit tat-traġedja fiċ-Ċirkewwa biex ipoġġu fjuri u xemgħat. Din iċ-ċerimonja mistennija tibda għall-ħabta tal-12:00 p.m., fejn fost l-oħrajn għaliha mistenni jattendi ir- Rappreżentanti tal-Ambaxxata Pollakka. 

Kien l-Erbgħa li għadda filgħodu, meta għaddasa tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabu l-katavru, li imbagħad ttella’ mill-baħar sabiex jiġi kkonfermat mill-familja. Hi kienet tkaxkret il-baħar minn mewġa qawwija li laqtet il-moll fejn kienet qed tistenna flimkien mal-familja tagħha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport