Tuesday, January 27, 2026

Il-fotografu Darrin Zammit Lupi jingħata l-Midalja tad-Deheb

Aqra wkoll

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, ippreżentat il-Midalja tad-Deheb mogħtija mill-Malta Society of Arts lill-fotografu Darrin Zammit Lupi. Hu kien rikonoxxut għall-kontribut tiegħu fil-fotografija artistika u ġurnalistika tiegħu.

F’diskors matul is-serata, il-President irrikonoxxiet mhux biss il-karriera ta’ Zammit Lupi, imma wkoll ir-responsabbiltà, l-empatija u s-servizz pubbliku marbut mal-professjoni tal-fotografu, u li hu abbraċċa matul il-karriera tiegħu b’risq il-ġid komuni.

Il-Malta Society of Arts ilha torganizza din iċ-ċerimonja sa mill-1896, meta ngħatat l-ewwel Midalja tad-Deheb lill-iskultur Malti Vincenzo Cardona. Matul iż-żmien, din il-Midalja ngħatat ukoll lil 

Emvin Cremona, Richard England, Oreste Kirkop, Oliver Friggieri, Gabriel Caruana, Karmen Azzopardi u Austin Camilleri fost oħrajn.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport