Tuesday, December 24, 2024

Il-Franċiż Laporte jirbaħ id-19-il tappa tat-Tour de France

Aqra wkoll

Iċ-ċiklist Franċiż, Christophe Laporte (Team Jumbo–Visma) rebaħ id-19-il tappa tat-Tour de France li kien bejn Castelnau-Magnoac u Cahors fuq distanza ta’ 188.5 kilometri. 

Din kienet l-ewwel rebħa għal Laporte hekk kif temm f’ħin ta’ 3 sigħat, 52 minuta u 4 sekondi meta daħal l-aktar b’saħħtu minn fost grupp ta’ disa’ ċikilisti. 

Fit-tieni post spiċċa l-Belġjan Jasper Philipsen (Alpecin–Deceuninck) segwit mit-Taljan Alberto Dainese (Team DSM).

Meta fadal żewġ tapep oħra, id-Daniż Jonas Vingegaard (Team Jumbo–Visma) hu­wa l-favorit li jirbaħ dan it-Tour meta għandu vantaġġ ta’ tliet minuti u 21 sekonda fuq l-eqreb rival, Tadej Pogacar (UAE Team Emirates), f’ras il-klassifika ġenerali meta l-ħin tiegħu huwa dak ta’ 75 siegħa, 45 minuta u 34 sekondi.  

Ekonomija

Sport