Il-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied bejn Iżrael u l-Ħamas jista’ jintemm ħesrem hekk kif il-grupp militanti jidher li waqfu mill-jeħilsu aktar ostaġġi kif kien mifthem.
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li jekk il-Ħamas mhux se jeħilsu l-ostaġġi kollha li baqa’ sa nhar is-Sibt f’nofsinhar, Iżrael għandu jħassar il-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied u “infern se jkun hemm fil-Lvant Nofsani”.
Iżrael qal li l-Ħamas qiegħed jikser il-ftehim ta’ waqfien mil-ġlied hekk kif suppost ħeles l-ostaġġi kollha.
Intant fi żvilupp ieħor, il-President Trump baqa’ jinsisti li l-Medda ta’ Gaża tiġi taħt il-kontroll tal-Istati Uniti. Qabel ma kellu jiltaqa’ mar-Re tal-Ġordan, Donald Trump wissa li jekk dan il-pajjiż u l-Eġittu mhux se jkunu qegħdin jikkoperaw mal-pjani tiegħu biex jieħu kontroll taż-żona u jiżviluppa, allura se jkun qiegħed iwaqqaf l-għajnuna li l-Istati Uniti tagħtihom.
Trump irid li l-Eġittu u l-Ġordna jieħu ċ-ċittadini kollha Palestinjani li jgħixu fil-Medda ta’ Gaża.