“Dan il-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied seta’ seħħ bħala riżultat, hekk kif l-amministrazzjoni tiegħi kienet qed tfittex il-paċi u tinnegozja ftehimiet biex tiżgura s-sigurtà tal-Amerikani kollha, u l-Alleati”.
Qal dan il-President elett Amerikan Donald Trump permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi spoċjali, fejn spejga li jinsab ferħan li l-ostaġġi Amerikani u Iżraeljani se jkunu qed jirritornaw id-dar biex jerġgħu jingħaqdu mal-familji u l-maħbubin tagħhom.
Irrimarka li b’dan il-ftehim fis-seħħ, it-tim tas-Sigurtà Nazzjonali tiegħu, permezz tal-isforzi tal-Mibgħut Speċjali għall-Lvant Nofsani, Steve Witkoff, se jkompli jaħdem mill-qrib mal-Iżrael u l-Alleati tagħna biex jiżgura li Gaża qatt ma terġa ssir kenn terroristiku.
Qal ukoll; “Se nkomplu nippromwovu l-paċi permezz ta’ qawwa fir-reġjun kollu, hekk kif nibnu fuq il-momentum ta’ dan il-waqfien mill-ġlied biex inkomplu nespandu l-Ftehimiet Storiċi ta’ Abraham. Dan huwa biss il-bidu ta ‘affarijiet kbar li ġejjin għall-Amerika, u tabilħaqq, id-Dinja!”