Tuesday, December 17, 2024

Il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel wara l-festi … L-MUT tisħaq li kulħadd għandu jkun responsabbli għal xulxin

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

minn Carmen Cachia           [email protected]

L-istituzzjoni edukattivi mistennija jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom għal darb’oħra minn għada wara l-waqfa tal-vaganzi tal-Milied. Dan wara li b’suċċess għalqu l-ewwel term tas-Sena Skolastika 2020-2021 f’perjodu mimli sfidi minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Fil-perjodu li kienu magħluqa l-iskejjel ħafna tħassbu dwar periklu ta’ tixrid tal-virus minħabba li kien hemm persuni li xorta ltaqgħu fi gruppi biex jiċċelebraw. Dan is-sit tkellem mal-President tal-Malta Union of Teachers (MUT), Marco Bonnici fejn qalilna li bħala unjin tisħaq li kulħadd, inkluż l-istudenti, l-edukaturi u l-ħaddiema kollha għandhom ikomplu jimxu mad-direzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa inkluż fejn tidħol swab test, maskri, distanza soċjali u iġjene. 

“Nemmnu li kulħadd għandu jkun responsabbli għal xulxin, partikolarment jekk kien hemm min iltaqa’ ma’ persuni li m’humiex mill-household tiegħu matul il-festi,” appella Bonnici. 

Huwa qal li l-pjanijiet tal-Gvern huma li l-iskejjel jiftħu minn għada bil-miżuri kollha li ttieħdu minn Ottubru ‘l hawn, hekk kif jidher li sal-lum is-sitwazzjoni hija stabbli u simili għal kif kienet qabel il-bidu tal-vaganzi tal-Milied. Il-President tal-MUT qal li madankollu, il-jiem li ġejjin se jkunu kruċjali u importanti ħafna għall-iskejjel, b’evalwazzjoni mill-ġdid tal-pjanijiet eżistenti jekk ir-rata tat-teħid tiżdied.

“Il-jiem li ġejjin se jkunu kruċjali u importanti ħafna għall-iskejjel, b’evalwazzjoni mill-ġdid tal-pjanijiet eżistenti jekk ir-rata tat-teħid tiżdied”

Marco Bonnici, MUT

L-MUT se tkun qiegħda ssegwi dan kollu mill-qrib mal-awtoritajiet, kemm dawk edukattivi u dawk tas-saħħa, b’laqgħat kontinwi ħalli nifhmu s-sitwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-esperti fid-dawl tal-iżviluppi. 

Bonnic temm jgħid li, “l-MUT qiegħda tinnota wkoll l-iżviluppi tal-virus f’pajjiżi oħra u tifhem li pajjiżi rispettivi qegħdin jieħdu miżuri skont il-mod kif il-pandemija qiegħda tolqothom u se tkompli taġġorna lill-membri tagħha skont il-bżonn”.

Ekonomija

Sport