Saturday, November 23, 2024

“Il-ftuħ tar-ristoranti b’suċċess akbar minn dak mistenni”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti f’Malta tħares b’ottimiżmu biex pajjiżna jirritorna għan-normalità

Miktub Minn Carmen Cachia

Il-ftuħ tar-ristoranti f’Malta u Għawdex fi tmiem il-ġimgħa l-oħra kien wieħed mill-miżuri mħabbra mill-Prim Ministru Robert Abela li bihom pajjiżna pass pass qiegħed jerġa’ jibda jħaddem il-mutur tal-ekonomija b’mod sensibbli u sigur fid-dawl taċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom minħabba l-pandemija globali tal-Covid-19. Inewsmalta tkellmet ma’ Tony Zahra, President tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u Ristoranti (MHRA) fejn qalilna li l-ftuħ tar-ristoranti kien ta’ suċċess akbar minn dak mistenni u li huma jinsabu ħerqana biex pajjiżna jerġa’ jirritorna għan-normalità.

“Dawk ir-ristoranti li kellimna fl-inħawi ta’ Tas-Sliema u ta’ San Ġiljan qalulna li marru aħjar milli stennew. Ir-ristoranti fil-Belt Valletta b’mod ġenerali kienu kwieti u dan minħabba li ma kienx hemm turisti. Il-Maltin imorru fil-belt kapitali l-aktar fi tmiem il-ġimgħa,” spjega Zahra.

L-MHRA qalet li f’inħawi oħra kien hemm andamenti mħallta iżda Għawdex irrapporta negozju tajjeb ħafna minħabba li kien tmiem il-ġimgħa u ħafna Maltin erħewlha lejn din il-gżira ġara.

“L-Assoċjazzjoni tagħna hija ħerqana biex jerġa’ jiftaħ l-ajruport bi protokolli ta’ sigurtà fl-arrivals. Dan bil-għan li din l-industrija kbira terġa’ tqum fuq saqajha fejn tipprovdi eluf ta’ impjiegi u ddaħħal mijiet ta’ miljuni ta’ ewros f’taxxi lill-Gvern,” temm Tony Zahra.

Sport