Saturday, November 16, 2024

Il-fuel station ta’ Burmarrad b’applikazzjoni għal restorant ta’ żewġ sulari

Aqra wkoll

Fuel station kontroversjali f’Burmarrad reġgħet mill-ġdid fil-mira ta’ kontroversja ġdida wara t-tfigħ ta’ applikazzjoni biex parti minnha tiġi kkonvertita f’restorant ta’ żewġ sulari.

L-applikazzjoni sottomessa tinkludi xogħol ta’ skavar bil-għan li jinbena parkeġġ taħt l-art u żewġ sulari ta’ stabbiliment tal-ikel li kapaċi jilqa’ mal-160 persuna.

Il-permess relatanti mal-fuel station attwali f’Burmarrad inħareġ tliet snin ilu minkejja li ma kinitx tilħaq il-kriterji kollha tal-policy li kienet tirregola l-fuel stations fis-seħħ dak iż-żmien.

Fl-2017 l-applikanti ma kienu għamlu l-ebda referenza għal stabbiliment tal-ikel fil-pjanti sottomessi. Madankollu fl-2018 l-Awtorità tal-Ippjanar kienet approvat snack bar ta’ 58 metru kwadru, fejn ma kienx permess tisjir. Madankollu aktar kmieni din is-sena s-sidien bbenefikaw minn bdil fil-permess biex jibda jsir tisjir fuq is-sit.

Ekonomija

Sport