Saturday, November 16, 2024

‘Il fuq minn 2,500 vettura mwaqqfa waqt kontrolli li saru matul Ottubru

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Matul Ottubru, diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija kienu mpenjati biex iżommu s-sigurtà f’diversi toroq madwar Malta u Għawdex.

Il-kontrolli tat-traffiku kienu kkordinati mill-Pulizija tad-Distretti u f’uħud minnhom kienu assisti mill- Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU), mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, mis-Sezzjoni tal-Klieb, tal- Garaxx, flimkien ma’ membri tal-Forzi Armati.

F’dawn il-kontrolli, li saru kuljum u f’ħinijiet differenti tal-ġurnata, twaqqfu ‘l fuq minn 2,500 vettura. Dawn saru fost oħrajn l-Birgu, Birkirkara, Birżebbuġa, Bormla, Floriana, Ħamrun, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Marsa, Marsaskala, Mosta, Naxxar, Qawra, Ħal Qormi, Rabat, Raħal Ġdid, Santa Venera, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Siġġiewi u Ħaż-Żabbar, F’Għawdex il-kontrolli saru f’Għajnsielem u r- Rabat.

Diversi sewwieqa nħarġulhom avviżi ta’ kontravenzzjoni tat-traffiku, l-iktar minħabba li nqabdu jsuqu mingħajr iċ-ċintorin tas-sigurtà. Sewwieqa oħra nqabdu jsuqu bla liċenzja u bla assigurazzjoni, sewqan eċċessiv u anke minħabba li vetturi nstabu bi ħġieġ tinted u bla pjanċa tar-reġistrazzjoni.

Numru ta’ sewwieqa oħra nqabdu jsuqu taħt suspett tal-influwenza tal-alkoħol u wara li sar test tal- kampjun tan-nifs (breathalyzer), dan immarka pożittiv. Sewwieqa oħra nqabdu fil-pussess tad-droga kokaina u cannabis. Kien hemm ukoll sewwieqa ta’ vetturi li joffru servizz ta’ ġarr ta’ passiġġieri li nqabdu jsuqu bla maskra bi ksur tal-Avviż Legali dwar l-ilbies mandatorju ta’ maskri.

Kontrolli oħra saru mill-Environmental Protection Unit (EPU), dwar illegalitajiet varji b’mod speċjali relatati ma’ attivitajiet ta’ kaċċa u insib.

Ekonomija

Sport