Bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u t-22 t’Awwissu 2025, kien hemm 308 persuna maskili li rreġistraw rapporti mad-Domestic Violence Unit (DVU).
Fl-istess perjodu ġew irreġistrati 10 rapporti lid-DVU minn koppji tal-istess sess, kemm sħab kif ukoll miżżewġa.
Dan it-tagħrif ingħata mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri fi tweġiba għal mistoqsijiet parlamentari li sarulu mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.