Saturday, December 21, 2024

‘Il fuq minn 90,000 persuna ħadu l-vaċċin tal-influwenza

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’ġimgħa waħda biss ‘il fuq minn 90,000 persuna ħadu l-vaċċin tal-influwenza. Il-kampanja favur it-tilqima tal-influwenza din is-sena kienet effiċjenti tant li mill-100,000 vaċċin li waslu f’Malta sa issa diġà ttieħdu ‘l fuq minn 90,000 minnhom, minn persuni vunerabbli u frontliners.

Id-Dipartiment tas-Saħħa ordna 250,000 tilqima din is-sena. It-tieni konsinja hija ordnata għal Novembru.

Minn għada t-tilqima se tkun tista’ tittieħed biss mill-għaxar ċentri tas-saħħa mifruxa madwar Malta (u mhux mill-Bereġ).

Hekk kif jasal it-tieni stokk tal-vaċċin tal-influwenza, it-tilqima tkun tista’ tittieħed miċ-Ċentri tas-Saħħa u l-Bereġ kollha. Id-Dipartiment tas-Saħħa jirringrazzja l-istaff tax-xogħol diliġenti f’dan is-suċċess u lill-pubbliku ġenerali tal-konkorrenza.

Ekonomija

Sport